Ikkuntattjana Bidu links
Kroat Taljan Grieg Portugiż Malti Ingliż
Emblema Maltija
Lowgo ta’ l-UE
Formola ta’ Applikazzjoni għall-Kors ta’ Taħriġ
Programm Qafas tal-Komunità Ewropea Strateġija Qafas dwar l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel (2001-2005)

NCPE
Inwasslu l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Komunitajiet Lokali
NCPE Gattard House
National Road Blata l-Bajda

tel +356 2590 3850
faks +356 2590 3851
imejl equality@gov.mt
Nota ta’ Merħba

Merħba fil-paġni tal-websajt tal-Proġett “Inwasslu l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Komunitajiet Lokali”. L-għan ta’ dan il-proġett hu l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp lokali, permezz ta’ kampanji pubbliċitarji li ser jitwettqu fil-livell tal-Kunsilli Lokali.

Dan jimmira li:

    •    Joħloq għarfien fost iċ-ċittadini dwar id-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li           joħolqu l-perċezzjonijiet komuni dwar ir-rwoli tan-nisa u ta’ l-irġiel (gender           roles) u l-idejat sterjotipati dwar il-karatteristiċi tan-nisa u ta’ l-irġiel (gender           stereotypes), fil-ħajja ta’ kuljum;
    •    Jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet lokali ta’ kuljum;
    •    Jippromwovi diskussjoni dwar ir-rwoli tan-nisa u ta’ l-irġiel fil-ħajja pubblika u           privata tagħhom;
    •    Jgħin biex tiġi żviluppata kultura li tippermetti kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa li           jkollhom aspirazzjoni sħieħa u ħielsa għal parteċipazzjoni aħjar fl-attivitajiet           u fil-politika tal-komunità lokali li minnha jiffurmaw parti.

L-imsieħba f’dan l-proġett jinkludu:

    •    Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza, Malta
    •    Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, Malta
    •    KETHI, Greċja - Research Centre for Gender Equality
    •    Governmental Office for Gender Equality, Repubblika tal-Kroazia
    •    Dipartimento per le Pari Opportunita`, Italja
    •    Comissao para a Cidadania e Igualdade de Genero, Portugall

 
 
2007 NCPE - Inwasslu l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel fil-Komunitajiet Lokali
Aqra l-Istqarrija dwar il-Privatezza .
 
Speĉifikazzjonijiet tekniĉi ta’ dan is-sit